Għall-ħabta tal-10:45 ta’ filgħodu l-pulizija ssejħet fi Triq San Ġwann Battista f’Tas-Sliema minħabba argument bejn tliet irġiel.
Irriżulta li Sirjan ta’ 28 sena minn Birkirkara u Sirjan ieħor ta’ 23 sena mill-Ħamrun ħebbu għal raġel ta’ 43 mill-Mosta bil-konsegwenza li kkawżaw xi ġrieħi.
L-aggressuri qegħdin jiġu interrogati mill-pulizija.
Fuq il-post issejħu l-pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit. Żewġ pulizija tal-RIU flimkien mar-raġel mill-Mosta ttieħdu l-isptar.
Jidher li l-pulizija sofrew ġrieħi ħfief filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel mill-Mosta għadha mhux magħrufa.