Investigazzjonijiet b’rabta ma’ allegat kultivazzjoni illegali ta’ pjanti tal-kannabis, wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ erbgħin sena minn Bormla u żagħżugħa ta’ erbgħa u għoxrin sena mill-Fgura.
Fi stqarrija tal-Pulizija ġie spjegat kif minn tfittxija f’residenza fi Triq San Tumas, fil-Fgura, instabu madwar tnax-il pjanta tal-kannabis, u vażetti tal-ħġieg mimlijin qratas, b’sustanza suspettata droga kannabis, u oġġetti oħra relatati ma’ allegat traffikar tad-droga, fosthom imwieżen.
Saret ukoll tfittxija f’razzett tar-raġel, li jinsab fi Triq Wied il-Għajn fiż-Żejtun, fejn instabu ħames pjanti oħra tal-kannabis.
Fil-pussess tal-mara nstabet borża, b’sustanza suspettata kokaina.
Huma tressqu l-Qorti aktar kmieni llum.