Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn, il-Pulizija ser tressaq żewġ persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Rachel Montebello.
Il-persuni – raġel ta’ 31 sena u mara ta’ 34 sena – se jkunu akkużati bi traffikar u pussess ta’ droga cannabis, kokaina u droga sintetika. Akkużi oħra jinkludu l-pussess ta’ armi mhux liċenzjati u ħasil ta’ flus, fost oħrajn.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.