Raġel ta’ 35 sena u mara ta’ 34 sena, it-tnejn residenti Birkirkara ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li weġġgħu f’inċident tat-traffiku fi Triq Daħlet Qorrot, limiti tan-Nadur, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15am. Ir-raġel, li kien qiegħed isuq beach buggy tal-għamla Sheng Wo FX400 u miegħu kellu l-mara bħala passiġġiera, tilef il-kontroll u nqaleb. Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li l-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana LL.D li ħatret Inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta