Nirien ħakmu appartament fi Triq Garcin l-Msida, għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar.
Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post, u pprovdew assistenza lil mara ta’ 69 sena u raġel ta’ 40 sena. It-tnejn li huma ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Child Care Centre li tinsab taħt il-binja ġiet evakwata bħala prekawzjoni. In-nirien ġew ikkontrollati u t-triq tinsab miftuħa mill-ġdid.