Raġel, zewġ nisa u tarbija ta’ xahrejn ittieħdu l-isptar wara inċident bejn żewġ karozzi fi Triq tal-Barrani ż-Żejtun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 dalgħodu meta ż-żewġ karozzi, waħda minnhom tat-Tip Peugout 407 misjuqa minn raġel ta’ 66 sena minn Tas-Sliema u l-oħra tat-Tip Peugoeut 306 misjuqa minn mara ta’ 48 sena minn Birżebbugia, kellhom impatt flimkien.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin filwaqt lill-kundizzjoni tagħhom għada mhux magħrufa.