Raġel ta’ 46 sena u mara ta’ 40 sena minn Birkirkara ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Kienu għal-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu meta seħħ l-inċident. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Nissan Juke, misjuqa minn mara ta’ 50 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur Sym misjuq mir-raġel. Miegħu fuq il-mutur kien hemm riekba l-mara.
Minnufih il-persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.