Raġel u mara nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti t’Għawdex mixlija fost oħrajn b’theddid, li kkaġunaw ġrieħi ta’ natura gravi u li għamlu l-ħsara.
Il-każ ġara l-Ħadd għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħodu, fi Triq is-Sajjied, Marsalforn.
Ir-raġel waħdu ġie akkużat li għamel reat waqt li kien taħt ordni ta’ probation.
Il-mara waħidha ġiet akkużata wkoll li f’Novembru li għadda wettqet serq aggravat u ftit wara rċeviet għandha affarijiet misruqin u ndaħlet biex tbiegħhom.
L-imputati ċaħdu l-akkużi.