Raġel ta’ 25 sena minn Santa Venera u mara ta’ 24 sena li tgħix Bormla, ġew arrestati waqt spezzjonijiet tat-traffiku fil-Marsa.
Ilbieraħ waranofsinhar, waqt li kienu qed isiru kontrolli ta’ rutina fi Triq is-Salib tal-Marsa, il-Pulizija waqqfet vettura, fejn waqt li kien qed jiġi mitkellem ix-xufier dan qajjem suspett u ntalab joħroġ mill-vettura.

Minn tfittxija li saret instabu ammont ta’ flus kontanti, filwaqt li minn tfittxija fil-vettura u fil-baskett tal-passiġġieri nstabu diversi qratas b’sustanza suspetta kannabis, kif ukoll qartas b’sustanza kokaina.
Id-droga nstabet f’ċirkostanzi li ma kinux għall-użu personali.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u fetaħ inkjesta Maġisterjali.