Raġel u mara qed jinżammu arrestati f’Nizza b’rabta mal-attakki fl-istess belt il-Ħamis filgħaxija, biex issa b’kollox qed jinżammu seba’ persuni arrestati.
Dan skont sorsi mis-servizzi ġudizzjarji Franċiżi.
Aktar minn 80 persuna tilfu ħajjithom meta Mohamed Lahouaiej Bouhlel – Franċiż Tuneżin – saq trakk qalb folla ta’ Franċiżi u Turisti li kienu mifruxa fuq il-Promenade des Anglais għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Bastilja.
Aktar kmieni, Franza talbet l-għajnuna ta’ tnax –il elf uffiċjal tal-Pulizija bħala miżura biex tissaħaħ is-sigurta fid-dawl tal-attakki.