Raġel tpoġġa taħt probation wara li nstab ħati li weġġa’ gravi lill-omm it-tfajla tiegħu waqt argument li seħħ 8 snin ilu.
Fil-Qorti ntqal li huwa reċediv u li qed jaffaċċja sfidi f’saħħtu hekk kif għandu kanċer.
Ħareġ ukoll li min dak iż-żmien ‘l hawn huwa qiegħed f’relazzjoni stabbli u biddel ħajtu.
Intqal li l-argument qam wara li l-omm issuspettat li r-raġel kien qed jeqlibha lil bintha wara li ċempel lil ħabiba tat-tfajla. Fl-argument ir-raġel weġġa’ lill-omm f’widejnha, b’konsegwenza li kellha nuqqas fis-smigħ.
Il-Maġistrat Josette Demicoli ordnat biex ir-raġel jingħata 3 snin trattament psikoloġiku ħalli jiġġieled ukoll il-vizzju tad-droga.