Amerikan ta’ 59 sena miet ilbieraħ filgħaxija hekk kif kien nieżel it-taraġ, tfixkel u waqa’.
L-inċident traġiku seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi blokka f’Misraħ Dom Mawru Inguanez, l-Isla.
Fuq il-post wasal tim mediku sabiex jagħti l-ewwel għajnuna lir-raġel, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.