Raġel ta’ 42 sena Eritrean tilef ħajtu waqt li kien qed jgħum fil-baħar.
Il-każ seħħ għal ħabta ta’ 14:57 fil-bajja ta’ Tigne f’Tas-Sliema.
FFuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Iżda sfortunatament tilef ħajtu.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-maġistrat Joe Mifsud.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.