Il-Qorti ordnat li raġel Taljan jiġi deportat lura lejn pajiżu wara li wasal Malta lbieraħ permezz ta’ dokumenti foloz.
Marco Gianluca Platania minn Turin, twaqqaf mill-awtoritajiet mal-wasla tiegħu Malta lbieraħ filgħaxija meta dar magħruf li kien qed jagħmel użu ta’ dokumenti foloz bl-idem ta’ Massimo Lo Monaco.
Platania wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu quddiem il-Maġistrat Clair Stafrace Zammit.
Kien għalekk li l-Qorti ddeċidiet li tagħtih tmien xhur ħabs sospiżi għal sena.
Minn hemm ngħatat ordni mmedjata ta’ deportazzjoni.