Raġel ta’ madwar 50 sena ttella’ mill-baħar f’Buġibba wara li sab diffikulta waqt li kien qed jgħum.
Sorsi fuq il-post qalulna li huwa ħareġ il-barra miż-żona riservata għall-għawm u kien hawn li sba ruħu f’diffulta u ma setax jidħol il-ġewwa.
Immedjatament niżlu żewġ lifeguards tas-Socjeta tas-Salib l-Aħmar li tellgħu lir-raġel l-art fejn deher mitluf minn sensieh.
Fuq il-post waslu ukoll żewġ timijiet mediki mis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar u Mater Dei fejn assistew lill-vittma u ħaduh Mater Dei permezz ta’ ambulanza.