Awstraljan ta’ dixxendenza Maltija ġie akkużat bi pjan ta’ attakk terroristiku wara li saru diversi tfittxijiet mill-Pulizija kontra t-Terroriżmu f’Melbourne, l-Awstralja.
The Age rrappurtat li Philip Galea, ta’ 31 sena, huwa affiljat ma’ Nieħdu lura l-Awstralja, grupp kontra l-immigrazzjoni. Huwa kien arrestat wara tfittxijiet għal għarrieda li saru fi tliet proprjetajiet u tressaq il-qorti akkużat li b’mod intenzjonat kien qed jiġbor u jikkompila dokumenti b’konnessjoni ma’ preparamenti ta’ attakki terrorsitiċi, u li bejn l-20 ta’ Lulju u s-6 t’Awwissu tas-sena li għaddiet kien qed jipprepara atti terrorsitiċi.
Fi kliem l-akkużat, dawn saru biex jimminaw il-moviment patrijottiku u insista li se jiġġieled l-akkużi miġjuba kontrih.
Fl-ewwel smigħ tal-kawża, Galea, b’xagħar twila u leħja folta, ma kienx irrappreżantat minn avukat. Il-Qorti m’ordantx il-ħelsien mill-arrest bil-każ mistenni jkompli jistema’ nhar it-Tlieta li ġej.