Raġel ta’ 78 sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Ġdida.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel minn Ħal Luqa tilef il-kontroll ta’ Toyota Passo u ħabat ma’ bollard.
Fil-karozza miegħu kien hemm mara ta’ 76 sena minn Ħal Luqa.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.