Raġel anzjan ta’ 78 sena qed isofri minn ġrieħi gravi u jinsab f’qagħda kritika wara li lbieraħ nstab mixħut fl-indana ta’ taraġ. Minn stħarriġ irriżulta li ftit qabel mart il-vittma kienet semgħat ħoss u hekk kif marret tara x’kien seħħ innutat li r-raġel tagħha kien tilef sensih.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal- 23.00p.m f’residenza fi Triq Santa Marija, f’Ħad-Dingli.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni fuq il-każ.