Dalgħodu għall-ħabta tal-11.10 seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Piaggio X7 misjuq minn raġel Taljan ta’ 28 sena residenti l-Fgura u vettura tat-tip Suzuki Alto misjuqa minn raġel ta’ 76 residenti Ħaż-Żabbar.
Il-każ ġara fi Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistu lis-sewwieq tal-mutur. Ir-raġel ittieħed l- Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.