Raġel ta’ 75 sena minn Għajnsielem sofra ġrieħi serji dalgħodu wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu, Daihatsu Terios, u ħabat ma’ ħajt fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija.
Il-Pulizija waslet fuq il-post wara li ġiet infurmata għall-ħabta tas-sebgħa. Tim mediku offra l-ewwel għajnuna u r-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D ħatret inkjesta, filwaqt li l-Pulizija qed tkompli l-investigazzjonijiet biex tistabbilixxi x’wassal għall-inċident.