Anthony Pandolfino ta’ 73 sena weħel €3,000 u 5 snin ħabs wara li nstab ħati li kien fil-pussess u li ċċirkola pornografija tat-tfal fuq l-internet. Dan minkejja li l-avukat difensur Roberto Montalto appella s-sentenza abbażi tal-eta tiegħu għax qal li l-qorti ma ħaditx kunsiderazzjoni tal-eta u l-kundizzjoni tas-saħħa tal-akkuzat. Iżda hawn il-Maġistrat Giovanni Grixti qal li l-ewwel qorti kienet ħadet nota ta’ dan u infatti Pandolfino ma kienx weħel il-penali massima.
Huwa inkixef minn l-Interpol permezz tal-internet ID fejn għarrfet lill-awtoritjiet Maltin li kien qiegħed iniżżel u jtella’ filmati pornografiċi.
Intant, f’sentenza separata fl-2006, Pandolfino ingħata wkoll 10 snin ħabs wara li instab ħati li flimkien ma’ ħuh Dennis, stupra u abbuża żewġ subien ta’ 10 u 11-il sena.