Raġel ta’ 77 sena waqa’ ġo bir f’residenza f’Ħaż-Żebbuġ wara li għadda minn fuq l-għatu li spiċċa sfronda bih.
Dan ġara għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq l-Imdina.
Membri tal-protezzjoni ċivili ssejħu fuq il-post fejn tawh l-assistenza meħtieġa. Malli ttella’ l-persuna, huwa ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.