Anzjan ta’ 68 sena residenti l-Marsa, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident fi Triq Caligari, Ħaz-Żabbar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel weġġa’ wara li nqabad bejn Honda Jazz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żabbar u Ford Focus li kienet ipparkjata.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.