Raġel ta’ 68 sena b’diversi kundizzjonijiet kroniċi miet ftit tal-ħin ilu fl-isptar Mater Dei wara li kien infettat bil-Coronavirus.
Fi stqarrija tard il-Ġimgħa filgħaxija, il-Ministeru tas-Saħħa qal li r-raġel sarlu test u rriżulta fil-pożittiv għall-virus fid-19 ta’ Mejju.
Huwa kien qed jirċievi kura f’Mater Dei.
Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tad-disa’ persuna li mietet wara li kienet infettata bil-virus, il-Ministeru tas-Saħħa tenna l-appell biex il-poplu jsegwi l-pariri tad-Dipartiment tas-Saħħa biex nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.