Il-Pulizija qed tfittex l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Martin Ambinette, raġel ta’ 65 sena, li ġie rrappurtat nieqes.
L-aħħar darba li deher kien fil-Fgura u kien liebes qalziet u flokk iswed, kif ukoll skufja bl-arma tal-Milan.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar il-post fejn jista’ jkun jinsab, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq 21 224001 / 119 jew billi jikkuntattja l-eqreb Għassa tal-Pulizija.