Raġel ta’ 65 sena minn Raħal ġdid miet wara li waqa’ fuq il-blat viċini l-baħar fl-inħawi tal-White Rocks, f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.