John Mallia ta’ ħamsa u sittin sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal tliet snin, wara li ammetta li abbuża sesswalment minn żagħżugħ f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda għall-ħabt tas-sebgħa u kwart ta’ filgħodu, u l-vittma huwa żagħżugħ ta’ nazzjonalità barranija.
Il-Maġistrat Charmaine Galea innutat li Mallia ammetta għall-akkużi mill-ewwel, kif ukoll il-fatt li huwa anzjan u l-fedina penali tiegħu hija kważi netta, ħlief reati żgħar li għamel ħafna snin ilu.
Għalhekk huwa ingħata sentenza ta’ probation sabiex ikun jista’ jindirizza l-problemi li wasluh għal dan ir-reat, u ħarġet ordni ta’ trattament fil-konfront tiegħu.