Raġel ta’ 63 sena mill-Munxar instab mejjet f’għalqa fi Triq Ras il-Bajjada fil-Munxar.
Il-Pulizija qalet li s-sejba ral-katavru saret fid-9:00pm tat-Tnejn waqt li kienet għaddejja tfittxija għall-vittma, li ġie rrapportat nieqes daqs sagħtejn qabel. Hu nstab bla ħajja taħt trakter fl-għalqa.
Fuq il-post isejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili, iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post minn tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.