Stqarrija tal-Pulizija qalet li, ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7:30, ġiet informata li raġel ta’ 63 sena waqa’ t-taraġ tar-residenza tiegħu fi Triq il-Gamiem, f’Kerċem.
Tim mediku assista lill-vittma u minnufih ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura hekk kif kien qed isofri minn ġrieħi serji.
Filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet, bil-każ ġiet informata l-Maġistrat Simone Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.