Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, f’Ħal Għaxaq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-06:00 tal-Ġimgħa filgħodu meta fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett li minn stħarriġ preliminari li għamlu, rriżulta li raġel ta’ 64 sena mill-Gudja, waqt li beda jsuq il-vettura tal-għamla Ford Transit, laqat raġel ta’ 63 sena li joqgħod Wied il-Għajn u li kien qiegħed jaqsam it-triq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.