Raġel ta’ 62 sena minn Birkirkara ġie arrestat b’rabta ma’ ħruq ta’ vann.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:30am tal-1 ta’ Novembru li għadda fi Triq it-Troll, Ħaż-Żebbuġ.
Dakinhar, membri tal-Protezzjoni Ċivili kien irnexxielhom jikkontrollaw in-nirien. B’rabta ma’ dan il-każ kienet infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Charmaine Galea.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.