Raġel ta’ 61 sena minn Raħal Ġdid jinsab f’kundizzjoni gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u spiċċa ħaba ma’ siġra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja tat-Tnejn filgħodu fi Triq l-Indipendenza fil-Pietà.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.