Raġel ta’ 60 sena residenti Ħal Qormi, sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol b’xi makkinarju fil-freeport f’Ħal Far.
Il-każ ġara għall-ħabta tal-10.50. Fuq il-post issejħu l-pulizija kif ukoll ambulanza mill-isptar Mater Dei li ħadet lir-raġel għal aktar osservazzjoni fejn huwa ġie ċċertifikar li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.