Raġel ta’ 60 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa tal-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta 13:30, meta r-raġel, li huwa mix-Xewkija, Għawdex, kien preżenti waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel.
Huwa ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għadejjin.