Raġel ta’ 59 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal li r-raġel kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-27 ta’ Ottubru.
Huwa miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tar-raġel u appella biex ikunu osservati l-miżuri ta’ prevenzjoni.