Mosti ta’ 58 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular min fuq sellum. L-inċident seħħ ilbieraħ għal-ħabta tas-18:00, f’ maħżen fi Triq il-Kaċċaturi, Ħal Qormi.
Ir-raġel ittieħed minnufih l-isptar għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace li ħatert diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.