Raġel ta’ 57 sena bl-isem ta’ Garry Eaton ġie rrappurtat nieqes.
Fi stqarrija l-pulizija qalu li r-raġel deher l-aħħar viċin ir-residenza tiegħu fil-Mellieħa.
Il-pulizija qegħdin jappellaw biex kull min għandu informazzjoni dwar din il-persuna jgħaddiha lill-pulizija.
Wieħed jista’ jagħmel dan b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali 2122 4001/119 jew inkella fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.