Dan huwa kliem li kitbet Donna, bint Brian Spiteri li lbieraħ kellu jtemm ħajtu ħesrem wara li waqa’ tliet sulari fil-Mellieħa.
![](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/03/Screen-Shot-2017-03-02-at-06.32.45.png)
Fil-ħin tal-inċident, Brian li jgħix fi Triq l-Etna, kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq bejt ta’ residenza. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u għaxra ta’ filgħaxija.
Għalkemm fuq il-post issejħet ambulanza, ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Permezz ta’ Facebook bosta Melleħin u nies qrib Brian, li kien jsejħulu ‘ċ-Ċumpaqq’ bil-laqam tal-familja, esprimew kondoljanzi. Kien hemm min saħansitra rrimarka li kien kellmu sa ftit tal-ħin qabel ġara l-inċident.
![](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/03/brian.jpg)
![](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/03/Screen-Shot-2017-03-02-at-07.48.10.png)
![](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/03/Screen-Shot-2017-03-02-at-07.48.02.png)