Raġel ta’ 57 sena mill-Mosta ndarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fi skola fil-Mellieħa.
Jidher li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fl-iskola li tinsab fi Triq Qasam Barrani, il-Mellieħa, mwra waqa’ minn fuq is-sellum li kien qiegħed fuqu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.