Ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tal-erbgħa u għoxrin, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Santa Tereża, Bormla.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Xingyue misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Bormla, u Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 30 sena u residenti Ħaż-Żabbar.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza, fejn aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.