John Micallef ta’ 55 sena mill-Għargħur ġie ordnat li jagħti l-flus lura wara nstab ħati li ffroda 6,000 ewro mingħand koppja u li huwa riċediv.
Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke l-Pulizija qalet li l-imputat kien ilu mfittex mill-pulizija għal perjodu ta’ żmien konsidervoli għaliex apparentament huwa biddel l-indirizz ta’ fejn kien joqgħod.
L-imputat wieġeb mhux ħati li froda u miżapproprija l-koppja meta wegħdhom li se jgħinhom b’xi dokumenti fid-dipartiment tal-artijiet.
Micallef li jaħdem bħala ħaddiem fid-dipartiment tal-maintenance, għamel din il-wegħda lill-koppja li ma wettaqix. Iżda telaq bil-flus.
Il-Qorti tagħtu l-libertà kkundizzjonata.