Għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ dalgħodu seħħet ħabta fi Triq il-Marsa, il-Marsa.
Il-ħabta seħħet bejn mutur Kymco Agility misjuq minn raġel Bulgaru ta’ 55 sena u karozza Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Imsida.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.