Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li raġel ta’ 53 sena miet waqt li kien infettat bil-Covid-19 f’pajjiżna.
Ir-raġel, li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, kellu numru ta’ kundizzjonijiet mediċi kroniċi oħra. Huwa ġie ttestjat għal-Covid-19 fid-9 ta’ Mejju.
Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei matul il-lejl.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel, mill-ġdid jappella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, għax hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/05/13/il-professur-tal-qalb-aaron-casha-huwa-s-sitt-persuna-li-miet-bil-covid-19/