Raġel ta’ 52 sena mill-Belt Valletta u li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti inżamm arrestat hekk kif qed jiġi akkużat b’abbuż sesswali fuq tifla ta’ seba’ snin. L-imputat qed jiġi akkużat ukoll li pparteċipa f’attivitajiet sesswali u li kkorompa liċ-ċkejkna kif ukoll li għandu fil-pusses tiegħu materjal pornografiku tat-tfal. Huwa kien riċediv.
Ir-raġel kien arrestat meta l-ġenituri tat-tifla rrapurtaw lill-pulizija fl-istess ħin counsellor tal-iskola tat-tifla fetħet rapport separat għand il-pulizija wara li t-tifla esprimiet dak li kienet allegatament għaddiet minnu.
Il-presekuzzjoni, mmexxija mill-Ispettur Joseph Busuttil, qalet li waqt l-interogazzjoni, r-raġel ammetta li kien ipparteċipa f’attivitajiet sesswali mat-tifla li toqgħod fl-istess binja u li hija qariba tiegħu. L-avukat difensur ippreżenta eċċezzjoni f’isem l-imputat li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Minkejja li ma talabx għall-ħelsien mill-arrest, l-avukat talab biex il-presekuzzjoni jseħu x-xhieda ċivili biex jixhdu mingħajr dewmien. Il-minuri hija mistennija li tixhed permezz ta’ video f’seduta futura.
Il-każ instema quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.