Ilbieraħ, għall-ħabta tas-18:55, il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq Dawret, Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija mid-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ li sar irriżulta li seħħ impatt bejn Toyota Hiace misjuq minn raġel ta’ 61 sena li jirrisjedi ż-Żejtun u Suzuki 125 misjuq min raġel ta’ 52 sena li jirrisjedi Birżebbuġa .
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 52 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.