Raġel ta’ 52 sena residenti l-Isla qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ waqa’ madwar sular minn ġo tamboċċ waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet.
Il-każ ġara għall-ħabta tas-14.00 fi Triq San Lawrenz l-Isla. Minnufih issejħu l-pulizija.
Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.