Raġel ta’ 51 sena minn Birkirkara sofra ġrieħi gravi wara waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:30 ta’ waranofsinhar fi Triq it-Tabib J. Zammit f’Ħal Balzan.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel kien waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kienu qed isiru xi xogħlijiet.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.