Iben kien ordnat iħallas lil missieru €920 meta nstab ħati li seraqlu c-chequebook u ffalsifikalu l-firma.
Alexander Scicluna, ta’ wieħed u ħamsin sena wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Maġistrat Mifsud ordna li s-somma titħallas fi żmien sena u tah ordni ta’ probation għal tliet snin u ordni ta’ protezzjoni.