Inċident tat-traffiku seħħ ilbieraħ fi Triq ix-Xatt, il-Gżira. Il-ħabta seħħet wara nofsinhar, bejn karozza tal-għamla Renault Fluence misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Ta’ Xbiex, u karozza oħra li kienet misjuqa minn raġel ta’ 64 sena residenti Ħ’Attard.
Iż-żewġ sewwieqa ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Ir-raġel ta’ 51 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel l-ieħor sofra ġrieħi ħfief.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.