Raġel ta’ sebgħa u erbgħin sena li jgħix il-Ħamrun sofra minn ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fl-Iklin.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar fi Triq il-Ħwawar l-Iklin, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta’ kostruzzjoni.
Il-Pulizija marret fuq il-post minnufih, fejn irriżulta li raġel ta’ sebgħa u erbgħin sena waqa’ għoli ta’ madwar żewġ metri meta kien qed jagħmel xi xogħol fuq ċint.
Huwa ingħata l-assistenza minn tim mediku, u ttieħed l-Isptar Mater Dei f’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.